Politika
ARA: Il-Prim Ministru l-ġdid jagħti l-ewwel kumment lil TVM

L-Avukat Robert Abela ġie elett bħala Mexxej ġdid tal-Partit Laburista, elezzjoni li se twitti t-triq biex fis-sigħat li ġejjin ikun ukoll il-Prim Minsitru ta’ Malta. Dan wara li f’elezzjoni fost il-membri tal-Partit Laburista kiseb maġġoranza ta’ 2,544 vot fuq il-kandidat rival Chris Fearne.

Ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni juri li Robert Abela kiseb 9,342 vot, jew 57.9% tal-voti, waqt li Chris Fearne kiseb 6,798, ekwivalenti għal 42.1%.

Fl-elezzjoni vvutaw 16,216 il membru tal-Partit Laburista jew 92.5% ta’ dawk eliġibbli. Malli beda l-process tal-għadd tal-voti mill-ewwel deher car li Robert Abela ġab il-maġġoranza tal-voti, ħaġa li mbagħad ġiet ikkonfermata bir-riżultat finali.

Fl-ewwel kummenti tiegħu bħala mexxej ġdid tal-Partit Laburista, il-Mexxej elett qal li f’din l-elezzjoni ma rebaħx hu u tilef Chris Fearne imma rebaħ il-Partit Laburista. Żied jgħid li jħares ‘il quddiem biex naħdmu għall-ġid tal-pajjiż. Saħaq li hu impenjat li l-għaqda li hemm fil-Partit Laburista jitrasmettiha fuq il-pajjiż kollu.

Segwi l-kummenti li l-Mexxej Elett ta lil TVM:

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

“Għandi xorti li għadni ħaj.” Dan kien wieħed mill-kummenti ta’ għadd ta’ sewwieqa li lbieraħ skapulaw trakk li beda jsuq b’mod perikoluż fil-Mellieħa. It-trakk laqat għadd ta’ karozzi u baqa’…

Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kellha taddatta wkoll għar-realtajiet ġodda imposti mill-Covid-19. Minkejja li kellhom jitħassru għadd ta’ kunċerti, fosthom “Strings in Spring”, bis-sehem tal-vjolinista ċelebri, Carmine Lauri, il-mużiċisti xorta se…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd 5 ta’ April 2020. The Sunday Times of Malta Storja fl-ewwel paġna tal-gazzetta The Sunday Times tgħid li 89% tal-Maltin huwa sodisfatti bir-rispons…

Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Aktar