Kurżitajiet
ARA: Il-Prim Ministru Olandiż qabad jaħsel l-art fil-Parlament

Il-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte qabad imidd idu fil-Parlament wara li waqqa’ tazza kafè mal-art.

Fil-filmat, Rutte bi żball iwaqqa l-kafè mal-art huwa u dieħel fil-Parlament. Iżda, huwa kien pront jaqbad il-mop minn idejn il-fattiga u qabad inaddaf huwa stess.

Il-PM Olandiż b’daħka fuq wiċċu ma ħasibiex darbtejn biex ixammar il-kmiem u jnaddaf warajh.

Rutte huwa magħruf għall-umiltà tiegħu u ta’ spiss jaqbad jagħmel affarijiet li mhux mistennija minn kap ta’ stat.

Huwa xorta kellu bżonn ta’ xi ftit għajnuna hekk kif intervenew il-fattigi u rranġawlu l-mop biex tlaħħaq ma’ tulu.

Il-filmat ta’ Rutte jaħsel l-art dar id-dinja u qed jirċievi bosta tifħir ta’ għemilu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-eks goaler tar-Real Madrid, Iker Casillas kien mingħalih ser jiekol ikla għall-kwiet f’ristorant f’Porto meta f’daqqa u l-ħin gawwi bil-ġuħ ħassarlu l-gost kollu. F’ritratt li l-goaler tella’ fuq il-profil tiegħu…

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Aktar