Politika
ARA: Il-Prim Ministru pro-market iżda jgħid li l-ambjent se jkun prijorità

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li waqt li l-ambjent ser ikun prijorità, il-Gvern imexxi minnu ser ikun pro-market u jemmen li l-industrija tal-kostruzzjuni ma għandix tiġi mrażżna għax toħloq ħafna ġid għall-pajjiż.

“Ix-xogħol joħloq ħafna ġid, ħafna income għal ħafna persuni, joħloq qligħ tajjeb għal min jgħaddi l-madum, għal min jgħaddi dawl u l-ilma. In-nies iridu kwalita ta’ ħajja aħjar. Ejja nkunu ċari, flus fil-but tfisser. Issa jekk ser noqgħodu ngħidu dak il-proħett ma nagħmluhx, dak ma nagħmluhx, tfisser inqas xogħol għan-nies inqas opportunitajiet għand nies. Ejja nagħmlu żvilupp li jkun wieħed intelliġenti, li ma jħassarx il-pajjiż, imma ma nrażżnux ix-xogħol lanqas. Jien pro market.”

Dr Abela qal li l-amalgamazzjoni tal-ambjent mal-ippjanar turi r-rieda tal-Gvern li jinsab bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Qal li dan ser jintlaħaq permezz ta’ bini sostennibli u żieda fiż-żoni ambjentali.

“Inħarsu lejn l-estetika, inħarsu lejn bini li inti tħares lejn triq li jkollok viżwali mod, oħra mod ieħor u l-ambjent. Ambjent Ii jinkludi aktar siġar ma pajjiżna, aktar tħawwil ta’ siġar, aktar ħdura, aktar open spaces, u toħloq dak il-bilanċ li naħseb mhux impossibli li nagħmluha.”

Ġie mistoqsi wkoll dwar l-għoti ta’ artijiet tal-Gvern għal proġetti privati bħal fil-każ tal-kuntratt pendenti tal-Corinthia.

“Ser nara li kull kuntratt li jiġi ffrimat ser jirrispetta l-prinċipju li l-poplu, għax din hija proprjetà tal-poplu, jien illum fdat b’dik ir-risposta l-proprjeta tal-poplu, irrid nara li meta jkun hemm trasferiment tagħha, jew tingħata konċessjoni dwarha, il-poplu għandu dritt li jirċievi ħlas tajjeb għal-proprjetà tiegħu.”

Mistoqsi dwar jekk jaqbilx li għandu jkun hemm reġistru pubbliku tal-laqgħat li jsiru mal-operaturi fis-settur ekonomiku, il-Prim Ministru qal li ma għandux problema li jiġi ntrodott għax favur aktar miżuri tat-trasparenza għalkemm sostna li dan għandu jkun realistiku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fl-inizjattiva…

Trasport

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt. Fix-xatt ta’…

Aktar