Kurżitajiet
ARA: Il-Professur Charmaine Gauci ssib postha f’xogħlijiet imnaqqxa tax-xagħar

L-arti hija kullimkien anke fis-sengħa tal-barbiera. Mhux biss jaqtgħu x-xagħar, iżda jirnexxielhom bi preċiżjoni u paċenzja kbira jnaqqxu personaġġi famużi fuq il-qurriegħa tal-klijenti tagħhom. Niskopru l-ħila ta’ barbier Marokkin, li ħoloq niċċa partikolari fis-sengħa tiegħu.

Jurgen Klopp, minn Anfield għal għand il-barbier. Mhux għal qata’ xagħar, imma biex wiċċu jiġi stampat fuq il-klijenti ta’ Radouan – barbier Marokkin li ġie Malta f’Diċembru li għadda. Għal Radouan, is-sengħa tal-barbier hija arti, għax żviluppaha b’mod li minn ritratt inaqqax il-wiċċ tal-kantant, artist, player jew coach tal-football fuq ras il-klijenti tiegħu. Sid il-ħanut tax-xagħar Simon Azzopardi qal li s-sengħa ta’ Radouan hija rfinuta sew.

”Kienet b’kumbinazzjoni. Beda jurina x’jaf jagħmel. Radouan ġibnih hawn Malta bħala barbier professjonali. Konnha qed nitkellmu u qalli li għandu dawn il-kapaċitajiet, beda jurihomli u n-nies bdew ġejjin.”

Sibna lista twila ta’ artisti, fosthom il-leġġendarju Freddie Mercury, maħdum b’perfezzjoni fuq dan iż-żagħżugħ dilettant tal-mużika tal-Queen..

”Din hija bicca xoghol unika, fis-sens hija biċċa arti, li teħodlok tliet sigħat, li klijent irid ikun jaf għal xiex ġej u li jrid iqatta’ tliet sigħat hawn.”

Mus, imqass u xemgħa tax-xagħar u naturalment idejn li kapaċi jduru b’ħeffa u preċiżjoni max-xagħar. Ghal Radouan, mhux biss players u artisti magħrufa.

Għax iċ-ċirkostanzi preżenti, ippermettew li jagħżel hu l-personaġġi għal qalbu, bħas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, li kif daħlet f’qalb kulħadd, irnexxielha ssib postha fost ix-xogħlijiet li għamel dan il-barbier Marokkin li fuq manekkin irnexxielu jaħdem wiċċha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar