Barranin
Ara: Il-pulizija f’Hong Kong jisparaw gass tad-dmugħ fuq id-dimostranti

Il-pulizija f’Hong Kong sparaw il-gass tad-dmugħ u ilma lejn dimostranti li nġabru biex jipprotestaw kontra l-pjan taċ-Ċina biex jimponu liġi ġdida dwar is-sigurtà fl-eks kolonja Ingliża.

Il-liġi mistennija twassal biex ikunu projbiti tradiment, li l-istat jinqata għalih, li n-nies jirribellaw kontra l-istat jew l-awtorità li tmexxi il-pajjiż, jew li jinbidlu l-valuri u l-prinċipji tal-istat bil-għan li jinbidlu l-ordni ta’ kif jitmexxa il-pajjiż.

Eluf ta’ dimostranti imxew tul iċ-ċentru tal-belt, bil-Pulizija qalu li arrestaw mal-120 persuna.

Aktar kmieni, madwar 200 politiku ewlieni minn madwar id-dinja ingħaqdu u ħarġu stqarrija konġunta biex jikkritikaw il-pjan li qed tfassal iċ-Ċina.

Il-politiċi li ffirmaw l-istqarrija qalu li din il-liġi se tkun attakk fuq l-awtonomija li tgawdi il-belt kif ukoll fuq is-saltna tad-dritt u l-libertajiet fundamentali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

Aktar