Barranin
ARA: Pulizija fl-Indja jiżfnu bit-tama li jrażżnu l-imxija tal-Covid-19

Pulizija f’Kerala tawha għaż-żfin bit-tama li jgħinu fit-trażżin tal-imxija tal-Covid-19 fl-Indja, fejn bħalissa qed imutu rekord ta’ persuni.

L-Indja qed ikollha medja ta’ 300,000 infezzjoni ġdida kuljum, u l-ammont uffiċjali ta’ mwiet qabeż il-200,000.

Fil-filmat, li spiċċa virali, il-pulizija jħeġġu lin-nies jużaw is-sanitizer u jżommu d-distanza soċjali, u biex ma jilbsux il-maskra sempliċiment għax jibżgħu mill-pulizija.

Huma appellaw għall-għaqda biex il-poplu jkun jista’ jħares lejn futur aħjar.