Barranin
ARA: Il-Pulizija fl-Italja jwasslu l-organi bil-Lamborghini

Spiss issir kritika għall-fatt li l-Pulizija fl-Italja jużaw karozzi lussużi bħal m’huma l-Lamborghini, b’uħud jemmnu li din hija spiża żejda fuq il-pajjiż.

Permezz ta’ filmat li ppubblika fuq il-paġna tal-midja soċjali Polizia di Stato, il-korp ittanta jirrispondi għal din il-kritika billi wera wieħed mix-xenarji li fih qed jintużaw dawn il-karozzi.

Il-korp tal-Pulizija Taljan qal li dawn il-karozzi spiss iwasslu l-organi fi sptarijiet differenti wara li jkunu ngħataw b’donazzjoni minn samaritani, peress li f’ċertu sitwazzjonijiet din tkun l-iktar soluzzjoni veloċi.

Żied li matul is-sena li għaddiet b’kollox twasslu 41 organi fl-isptarijiet permezz tal-Lamborghini.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, Joe Biden għażel lis-Senatur Kamala Harris biex takkumpanjah bħala Viċi President. Hija l-ewwel mara ta’ karnaġon skur u Ażjatika Amerikana għal dan l-irwoll. Is-Senatur…

Barranin

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland…

Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Aktar