Kronaka
ARA: Il-pulizija tfittex raġel li daħal f’dar ta’ anzjana, rabatha u seraqha

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan.

Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona tal-Balluta, għall-ħabta tal-4.30 p.m.

Ir-raġel kien mgħammad meta daħal fir-residenza tal-anzjana ta’ 75 sena, rabatha u serqilha xi affarijiet.

Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ ġojjelli u muniti. L-anzjana ma sofriet l-ebda ġrieħi. L-identità tal-ħalliel għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.

Fost oħrajn qed jaraw il-filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà li jinsabu fiż-żona.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar