Annimali
ARA: Il-qtates salvati mid-dar ta’ Janet Harvey – il-Pulizija jgħidu li “kien każ uniku”

Għas-Supretendent Mario Haber is-sejba ta’ kelb mejjet u erbat iqtates ħajjin fid-dar ta’ mara mejta f’San Pawl il-Baħar “kien każ uniku”.

Is-Supretendent Haber tkellem ma’ Moira Delia dwar x’sabu l-Pulizija meta daħlu fid-dar fejn sabu lil Janet Harvey mejta fis-sodda tagħha, mdawra b’bosta annimali domestiċi.  Qal li l-ambjent li kienu fih l-annimali ma kienx adegwat u għalhekk kellhom jitneħħew minn ġod-dar.

L-Ispettur Clayton Camilleri qal lil TVM li l-Pulizija jissalvagwardjaw l-interess tal-annimali wkoll meta jkollhom każi ta’ din ix-xorta u għalhekk irrikorrew għall-għajnuna ta’ Moira Delia biex jiġu salvati u jitneħħew mill-post li fih għaddejja inkjesta maġisterjali.

Ara x’qalu lil Moira Delia s-Supretendent Haber u l-Ispettur Camilleri dwar il-każ.

Harvey instabet jumejn ilu u possibilment kienet ilha mejta 3 xhur.  Żewġha qed jinżamm arrestat u qed jgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Ara sinteżi ta’ dak li ġara dalgħodu waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ f’San Pawl il-Baħar.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ tal-qtates u s-sejba tal-kelb mejjet tistgħu ssegwuha f’iktar dettall fil-programm Animal Diaries li jixxandar l-Erbgħa fuq TVM fis-6.30pm.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-kelb tal-anzjana Ingliża aktarx li miet bi swied ta’ qalb

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Illum ġew irrapportati 2 każijiet ġodda wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,374 swab test. Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook, fiequ 11-il persuna oħra. Dan ifisser li…

Relazzjonijiet Industrijali

Erbgħin minn total ta’ madwar 120 membru tal-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru Malta Air, li hi sussidjarja ta’ Ryanair, ilbieraħ tard filgħaxija rċevew ittra li b’effett mit-30 ta’ Ġunju li ġej l-impjieg…

Unjoni Ewropea

Matul l-2019, il-MEUSAC tellgħet 34 attività pubblika u laqgħat ta’ konsultazzjoni u 39 sessjoni għat-tfal u għall-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea (UE). Saru wkoll 5 sessjonijiet ta’ taħriġ u 300 laqgħa…

Avjazzjoni

Kmieni dalgħodu wasal Malta f’titjira diretta miċ-Ċina ajruplan kbir tal-għamla Airbus A340-600 operat mil-linja tal-ajru Maleth-Aero u reġistrat Malta. L-ajruplan beda l-vjaġġ ta’ madwar 11-il siegħa minn Nanjing fiċ-Ċina biex…

Aktar