Settur Marittimu
ARA: Il-USS Mount Whitney isorġi fil-Port il-Kbir għall-mistrieħ tal-ekwipaġġ

Il-moħħ tal-flotta navali Amerikana fil-Mediterran l-USS Mount Whitney jinsab fil-Port il-Kbir għal waqfa ta’ mistrieħ għall-ekwipaġġ tiegħu, fosthom membru b’omm Maltija.

Il-USS Mount Whitney huwa pedina importanti fit-tfassil tal-istrateġija navali tal-flotta Amerikan fil-Mediterran. Il-bastiment jinsab fil-Port il-Kbir għal waqfa ta’ mistrieħ għall-ekwipaġġ tiegħu.

Abbord iltqajna mal-Lieutenant Commander Nathan Hayes, li l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta hija fid-demm tiegħu, peress li ommu hija Maltija.

Ma’ Television Malta, stqarr li kien ferħan se jtir meta sar jaf li l-USS Mount Whitney ser jidħol fil-Port il-Kbir.

“I’ve been to Malta many many times, I visit nannu and nanna, periodically usually one or two times a year, but as I was telling everyone I came a lot to Malta but never through there. Coming in from the grand harbour is a dream come true.”

Irrakkonta li f’ittra li bagħat lil nanntu fl-1997 kien bassar dan il-jum.

“My nanna met me on the pier and she have me a stack of old letters and photos, and she gave me a letter I wrote her in bootcamp, in the letter I say you know I hear the ships sometimes get to go to Malta so in 1997 I said maybe one day I get to sail in.”

Iż-żjara tal-USS Mount Whitney f’Malta hija biex l-ekwipaġġ igawdi minn ftit jiem ta’ mistrieħ. Il-membri tal-ekwipaġġ se jqattgħu ftit mill-ħin liberu jaħdmu fi proġetti filantropici.

L-Uffiċjal Kmandant tal-USS Mount Whitney, il-Kaptan Cassidy Norman qal li minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha Malta għandha r-rwol importanti fil-Mediterran. “Work with out U.S state department folks to make sure we all working towards our common vision of peace and prosperity in the Mediterranean.”

Il-vapur għandu ekwipagg ta’ 160 baħri, 15-il uffiċjal u 150 oħra pajżana mill-Military Sealift Command.