Lokali
ARA: Il-video mużikali ta’ Taboo

Fit-3 ta’ Frar Malta għażlet lil Christabelle biex tirrappreżenta lil Malta għal Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Taboo.

Matul l-aħħar 4 ġimgħat hija kienet impenjata bil-filmat mużikali. Matul dawn il-ġimgħat il-filmat kien komplut biex illum nistgħu naraw il-proġett finali.

Il-filmat sar f’4 postijiet differenti u kien jinkludi mal-200 extras. B’kollox il-ġbid tal-video ħa 72 siegħa.

Fil-filmat jidhru diversi nies jirrappreżentaw oqsma differenti tas-soċjetà u kien iġibu ruħhom mat-Taboo.

It-tema tal-video mużika tirrappreżenta fazzjonijiet differenti tas-soċjetà, b’kull persuna għandha l-isfidi tagħha. Fil-filmat il-mexxejja tagħhom qed jisfruttaw mid-dgħufijiet tagħhom billi jġiegħluhom jiġġieldu ma’  xulxin, u billi t-tribujiet jiġġudikawhom. Il-folla tirrappreżenta lill-individwi li minflok jemmnu l-preġudizzju tas-soċjetà jifformaw l-opinjoni tagħhom.

Il-kaxxa li tidher fil-filmat tirrappreżenta l-istat tal-moħħ li wieħed jgħaddi minnu meta jiġġieled il-battalji personali tiegħu. B’mod volontarju Christabelle tidħol ġewwa biex tkisser it-tabù u tgħin lill-bqija tal-fazzjonijiet biex jirbħu l-ġlied tagħhom stess mingħajr biża’ u biex ifittxu l-għajnuna.

Il-produzzjoni tal-filmat kienet kollha tal-PBS.

Tista’ ssegwi lil Christabelle fuq: https://www.facebook.com/EurovisionSongMalta

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar