Kurżitajiet
ARA: Il-White House tiddandan għall-Milied – jispikka l-aħmar u jqajjem polemika

Xahar qabel il-Milied, il-First Lady Amerikana Melania Trump żvelat it-tiżjin li sar fil-White House, ir-residenza uffiċċjali u l-uffiċċju tal-President Amerikan.

F’filmat maħruġ fl-aħħar sigħat mill-White House stess, jidher id-dekor elaborat fi kważi kull kamra ta’ dan il-bini, b’Melania Trump iddur u tara x’sar mill-225 voluntier li kienu nvoluti f’din il-biċċa xogħol kemmxejn impenjattiva.

B’kollox intużaw mal-20,000 pied ta’ dwal, twaħħlu mat-12,000 ċoff, tpoġġew mal-40 siġra ħamra tul il-kuritur East Colonnade u ntużaw mal-14,000 ornament fil-Grand Foyer u Cross Hall.

Iżda l-attrazzjoni ewlenija hija s-siġra tal-Milied li titpoġġa fil-Kamra l-Blu, li hija twila bejn 18 u 19-il pied u kważi tasal sas-saqaf, tant li titneħħa l-linfa biex tkun tista’ toqgħod sew din is-siġra.

Kien f’nofs Novembru li s-siġra waslet fil-White House mingħand Larry Smith, ir-rebbieħ tal-konkors li sar għas-Siġra tal-Milied Nazzjonali.  Is-siġra, li ġiet min Newland f’North Carolina, ġiet ippreżentata uffiċjalment lill-President Donald Trump u s-Sinjura tiegħu f’ċerimonja li matulha r-rebbieħ ingħata l-premju mistħoqq.

It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘It-Teżori Amerikani’, li skont il-White House tirrappreżenta l-patrimonju uniku tal-Istati Uniti u l-ispirtu ta’ patrijottiżmu.  Fuq ħafna mill-ornamenti kien hemm il-frażi ‘Be Best’ bħala parti mill-kampanja li tippromwovi l-isforzi li qed isiru għall-ħarsien tat-tfal.

Malli xxandru l-filmati fuq il-media soċjali, kien hemm reazzjoni mħallta, minħabba l-użu tal-aħmar speċjalment għas-siġar ħomor f’East Colonnade.

Kien hemm bosta li kkummentaw dwar il-gosti li għandha Melania Trump li donnu għamlitha ovvja fl-użu abbundanti tal-aħmar fit-tiżjin, għalkemm jidher li kien hemm min għoġbu iktar id-dekor ta’ din is-sena minn tas-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li llum l-aħħar jum tal-kampanja elettorali f’Malta, fir-Renju Unit u l-Olanda l-votanti qed jivvutaw fl-ewwel jum minn erbat li matulhom se jsiru l-elezzjonijiet fi 28 pajjiż-membru biex jiġu eletti…

Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Aktar