Lokali
ARA: Ilbieraħ f’San Ġiljan… id-distanza soċjali qiegħda tinżamm?

Din hija s-sitwazzjoni li żviluppat quddiem bar f’San Ġiljan tard ilbieraħ. Filmat miġbud minn persuna fuq il-post juri ċorma mdaqqsa ta’ persuni mrekkna quddiem il-ħanut biex jixorbu.

Minkejja li mad-daqqa t’għajn jidher li kulħadd kien qaqoċċa fi gruppi ta’ mhux iktar minn sitta, l-ammont kbir ta’ nies fi spazju ristrett għamilha diffiċli biex dawn iżommu d-distanza bejniethom.

Filmati u ritratti li dehru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem ukoll kienu juru xeni simili f’postijiet oħra ta’ divertiment.

Skont l-aħħar avviż legali, f’postijiet pubbliċi mhux permessi li jinġabru iktar minn 75 persuna f’attività organizzata.

Filmat: © TVM

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar