Stejjer Umani
Ara: Ilha 3 snin tgħix b’qalb maqsuma mingħajr Kevin

Tliet snin ilu, Rita Vella Borg ħasset li qalbha nqasmet min-nofs għal dejjem meta tilfet lil żewġha Kevin fl-età ta’ 38 sena. Rita u Kevin kienu fost il-ftit koppji b’diżabilità li għexu ħajja indipendenti, u dan minkejja li t-tnejn bi sfidi kbar fil-mobilità tagħhom. Minkejja li kien raġel kwiet ħafna, Kevin ispira lil ħafna persuni oħra b’diżabilità anki b’ħidma fil-grupp Muscular Dystrophy .

Kull fejn kienu jkunu Rita u Kevin Vella kienu jispiraw lin-nies. Kienu ilhom miżżewwġin għaxar snin u minkejja diżabilità severa tagħhom, bl-għajnuna ta’ carer, għexu ħajja indipendenti. Kienu jmorru għax-xogħol u fil-ħin liberu ma kienu jħallu xejn iwaqqafhom milli jgawdu kemm jistgħu l-ħajja, anki b’vaganzi barra minn Malta.

Kevin miet tliet snin ilu wara li xeraq u spiċċa l-ITU u b’xorti ħażina tilef ħajtu, bil-konsegwenza li Rita spiċċat waħidha. Il-ħajja għal Rita li tgħix waħdiha, kienet iebsa ħafna, imma temmen li Kevin qiegħed magħha fl-ispirtu.

Kevin kellu għal qalbu t-tim tal-Juventus, u fid-dar kellu ħafna affarijiet li jfakkruh f’dan it-tim. Fid-dar tal-koppja kellhom għasfur bl-isem ta’ Wetta li kienet għal qalb ħafna il-koppja Vella. Illum fid-dar daħlet kelba, li tagħti ħafna wens lil Rita.

Fid-dar tal-Providenza biex jitfakkar Kevin ttella’ spettaklu, hekk kif Rita temmen li trid tibqa’ tfaħħar u tferraħ kull meta issemmi isem żewġha. Minkejja li jkun hemm ħafna drabi meta tibki lil Kevin fis-skiet, Rita titfa’ tbissima u pożittività kull fejn tkun…bil-parir tagħha għal ħajja iktar ferħana.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar