Tradizzjonijiet
Ara: Ilha 53 sena toħorġu f’Jum San Valentinu

Kollox pariġġ, minn rashom sa saqajhom. Ġkieket skuri, ħwejjeġ ta’ lewn ħamrani, kikkra te għall-frisk, u hi bi fjura f’idha. Qalb il-ħwienet tal-kafè biswit il-Knisja ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid, tkellimna ma’ Bernadette u Francis, li ilhom jafu lil xulxin tlieta u ħamsin sena, u ilhom sebgħa u erbgħin sena miżżewġin.

Meta Francis kellu sbatax-il sena, ħu Bernadette, li kien jattendi l-iskola ma’ Francis, laqqagħhom. U, aktarx bla ma ried, welled koppja ġdida.

Liema koppja, iltaqgħet għall-ewwel darba proprju fi ħdan il-pjazza ta’ Raħal Ġdid. U, minn dakinhar ‘l hawn faqqgħet imħabba bejnhom liema bħalha, u li llum għadha b’saħħitha ġmielu.

Fost l-oħrajn, Bernadette u Francis spjegaw li meta kienu żgħar kienu jibagħtu l-ittri lil xulxin. F’dan l-isfond, Francis ħarġilna kaxxa ċkejkna miżgħuda ittri li huma tant għal qalb il-koppja, fosthom waħda li tmur lura għall-1968.

U, illum, f’Jum San Valentinu, l-imħabba bejn din il-koppja ma naqsitx, hekk kif Bernadette stqarret li Francis, dalgħodu, ġabilha bukkett fjuri daqshiex.

U, illejla, min se joħroġ lil min? Bernadette qaltilna li fi fjur żgħożithom it-tradizzjoni kienet li f’Jum San Valentinu t-tfajliet kienu joħorġu lill-ġuvintur, u kienu jħallsu kollox huma.

F’dan l-isfond, Francis qalilna li għandu seba’ mitt sena biex ikun jaf x’ħarġa jmissu llejla.

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Aktar