Barranin
ARA: Iljunessa taqbeż fil-karozza mat-turisti

Inti x’tagħmel kieku tkun qed iddur f’park bil-karozza, u ljun jaqbeż fuq is-seat ħdejk? Dan kien dak li ġralhom grupp ta’ turisti li kienu f’Taigan Safari Park fil-Krimea.

Filya, iljunessa ta’ sentejn, qabżet biswit is-sewwieq tal-karozza miftuħa, li fiha kien hemm grupp ta’ turisti qed jieħdu r-ritratti ta’ din l-avventura, li malajr ħadet bixra differenti milli kienu qed jistennew.

Naturalment għall-ewwel kulħadd inħasad, iżda malajr deher li Filya riedet biss il-fsied! Ftit ftit l-iljunessa ddur titfissed ma’ kulħadd, anki jekk minħabba l-kobor tagħha kien hemm min kellu jċedilha l-post.

Dawn l-annimali iżda mhux dejjem ikunu mansi. Fl-istess park xahrejn ilu ljun attakka mara li kienet qed tmellsu. L-iljun gidmilha dirgħajha u kaxkarha, iżda b’xorti tajba ma sofrietx ġrieħi serji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Chas Hodges, il-kantant ta’ Chas and Dave tilef il-ġlieda kontra l-kancer u miet dalgħodu fl-eta ta’ 74 sena. Il-grupp Chas and Dave kisbu l-fama fl-1970 bil-kanzunetti popolari tagħhom ‘Rabbit’ u…

Barranin

Raġel ġie salvat jumejn wara li għerqet il-lanċa MV Nyerere fit-Tanzanija, f’Lake Victoria. Madwar 170 persuna tilfu ħajjithom fit-traġedja iżda raġel irnexxielu jsalva wara li nqabdet ftit arja ġol-lanċja. Ir-raġel…

Barranin

Minn tal-anqas 24 persuna tilfu ħajjithom u 50 oħra ndarbu fosthom tifel u mara f’attakk terroristiku waqt parata militari f’Ahvaz fl-Iran. L-attakk qed jitqies bħala wieħed terroristiku tal-grupp al-Ahvaziya, fejn it-terroristi…

Barranin

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li kompromess bejn ir-Renju Unit dwar Brexit u l-Unjoni Ewropea għadu possibbli wara li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May wissiet li hija lesta li…

Aktar