X

ARA: Iljunessa taqbeż fil-karozza mat-turisti

Inti x’tagħmel kieku tkun qed iddur f’park bil-karozza, u ljun jaqbeż fuq is-seat ħdejk? Dan kien dak li ġralhom grupp ta’ turisti li kienu f’Taigan Safari Park fil-Krimea.

Filya, iljunessa ta’ sentejn, qabżet biswit is-sewwieq tal-karozza miftuħa, li fiha kien hemm grupp ta’ turisti qed jieħdu r-ritratti ta’ din l-avventura, li malajr ħadet bixra differenti milli kienu qed jistennew.

Naturalment għall-ewwel kulħadd inħasad, iżda malajr deher li Filya riedet biss il-fsied! Ftit ftit l-iljunessa ddur titfissed ma’ kulħadd, anki jekk minħabba l-kobor tagħha kien hemm min kellu jċedilha l-post.

Dawn l-annimali iżda mhux dejjem ikunu mansi. Fl-istess park xahrejn ilu ljun attakka mara li kienet qed tmellsu. L-iljun gidmilha dirgħajha u kaxkarha, iżda b’xorti tajba ma sofrietx ġrieħi serji.