Televiżjoni u Radju
ARA: Illejla tixxandar l-ewwel serata diretta ta’ Malta’s Got Talent

Illejla jibda l-ewwel live show ta’ Malta’s Got Talent.

Tal-lum se tkun l-ewwel minn tliet semi finali. F’kull semi finali se jieħdu sehem 10 persuni jew gruppi li minnhom iridu jgħaddu tlieta għall-finali tat-13 ta’ Diċembru. Se jiddetermina min se jagħmilha għall-finali il-vot tat-telespettaturi.

Fis-sala erba’ membri tal-ġurija u l-crew tal-PBS iżda s-semifinalisti se jkollhom udjenza online quddiemhom.

Fil-filmat il-preżentatur tas-serata, Gordon Bonello, jgħidilna aktar dwar dan u x’nistennew illejla: