Barranin
ARA: Imbuttata minn pont m’għola 30 pied u ssofri minn ġrieħi fil-kustilji u l-pulmun

Filmat xokkanti ta’ tfajla ta’ 16-il sena tiġi mbuttata minn fuq pont tax-xmara East Fork Lewis qanqal reazzjoni mal-erbat irjieħat tad-dinja.

Il-filmat juri lit-tifla tiġi mbuttata minn persuna li sa issa għadha mhux identifikata, iżda jingħad li l-persuna hija ħabib/a tat-tfajla. Hija ġiet imbuttata għoli ta’ 30 pied f’Washington.

Mad-daqqa mal-ilma Jordon Holgerson kissret erba’ kustilji u ġarbet ġrieħi fil-pulmun.

F’kummenti li tat it-tfajla qalet li setgħet mietet. Spjegat li meta kienet fl-arja provat timbotta lilha infisha ’l quddiem biex tkun dritta meta tinżel fl-ilma. Madankollu qalet li ma rnexxilhiex. Kompliet tgħid li waqt li kienet nieżla hija ħassha ħażin.

Jordon kompliet tgħid li meta messet mal-ilma la setgħet tieħu nifs u anqas tgħum. Kien grazzi għal ħabib u xi stranġiera li għenuha biex titla’ mill-ilma.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar