Kronaka
ARA: Imlew il-ħawsla u telqu jiġru bla ma ħallsu

Tliet ġuvintur li lbieraħ filgħaxija kielu minn restorant f’Marsaskala ħarbu jiġru mingħajr ma ħallsu. Il-ġuvintur, li x’aktarx huma barranin, kienu qed jieklu ma’ mejda fuq barra f’restorant li jinsab viċin il-bandli.

Fuq il-filmat mill-kamera tas-sigurtà, il-ġuvintur jidhru jiġbru l-mobile u l-affarijiet personali tagħhom minn fuq il-mejda u jħarsu madwarhom. Fil-mument li l-waiters kollha jillargaw, iqumu f’daqqa u jlebbtu ‘l hemm.

Persuni li dak il-ħin kienu fl-istess triq qalu li huma wkoll rawhom jiġru ‘l bogħod mill-ħanut, u reġgħu rawhom jirritornaw fl-istess żona madwar siegħa wara.

Is-sidien tal-ħanut ippubblikaw ir-ritratti tal-ġuvintur fuq il-midja soċjali bit-tama li xi ħadd jagħrafhom, u staqsew jekk jistgħux ikunu t-tliet Serbi li attwalment qed jiġu mfittxija mill-Pulizija.

TVM qed jippubblika l-filmat sfukat peress li l-ġuvintur jidhru taħt l-età, iżda qed jgħaddi l-filmat oriġinali lill-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar