Immigrazzjoni
ARA: Immigranti li daħlu Malta bl-Aquarius jitilqu lejn il-Ġermanja

Għadd ta’ immigranti ħallew Malta biex jibdew jgħixu l-Ġermanja. L-immigranti kienu parti mill-grupp li ddaħħlu Malta fis-sajf mill-bastiment MV Aquarius.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-immigranti telqu ilbieraħ u ingħataw assistenza mill-awtoritajiet lokali, l-organizzazjoni internazzjonali għall-migrazzjoni u uffiċjali tal-ambaxxata Ġermaniża f’Malta.

Il-gvern qal li l-proċess ta’ rilokazzjoni ta’ dawn l-immigranti, riżultat ta’ ftehim differenti bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u pajjiżi oħra, jinsab viċin li jintemm.