Lokali
Ara: “Imnalla ma kien għaddej ħadd” – ħadid jaqa’ minn għoli ta’ 5 sulari u jolqot 2 karozzi

Ħadd ma ndarab f’inċident li seħħ dalgħodu u li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji fl-Imsida.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri l-ħerba li ħalla warajh krejn li kien qed itella’ xi materjal tal-ħadid f’sit ta’ kostruzzjoni. Dan meta għal xi raġuni l-ħadid spiċċa waqa’ minn għoli ta’ madwar ħames sulari. Saħansitra, il-ħadid spiċċa laqat żewġ karozzi li kienu pparkjati fit-tarf tat-triq.

Habeb Shah, resident fit-triq, qal li b’xorti tajba fil-ħin tal-inċident ma kien għaddej ħadd u appella biex il-pubbliku jevita milli jgħaddi minn toroq fejn ikun qed isir xi xogħol bil-krejn.