Barranin
ARA: Imur ħdejn ommu waqt li kienet qed tirraporta live

Korrispondenta tal-NBC, Courtney Kube kellha mistieden speċjali u forsi mhux mistenni. Ilbieraħ waqt li kienet qed tirraporta live dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, it-tifel tagħha mar ħdejha. Ta’ tifel li hu ma rrealizzax li kien qed jidher fuq it-televiżjoni u prova jaqbad id ommu.

Bi tbissima Kube talbet skuża u qalet li magħha fuq il-post tax-xogħol kien hemm uliedha. Fl-isfond instema’ tifel ieħor issejħilha.

Kif wieħed jista’ jobsor dan il-mument inxtered bħal leħħa ta’ berqa fuq il-mezzi soċjali. Uħud qalu li din hija l-ħajja tal-ommijiet li jkollhom jieħdu t-tfal fuq il-post tax-xogħol. Kien hemm min spjega li Courtney Kube kienet damet sat-tard billejl xogħol u reġgħet sebħet kmieni biex tirraporta dwar l-iżviluppi fis-Sirja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija, Recep Tayipp Erdogan, jgħid li pajjiżu se jisħaq l-irjus ta’ ġellieda Kurdi jekk ma jirtirawx minn żona sigura fit-Tramuntana tas-Sirja. Erdogan qal li jekk dan ma jseħħx sat-Tlieta…

Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Aktar