Edukazzjoni
ARA: In-namra għall-qari u l-kitba wasslet lit-tfal Maltin sa Ruma

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma.

Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin, li jġibu l-ogħla marki fil-kitba kreattiva fl-eżamijiet annwali tal-Malti u l-Ingliż, jingħataw l-opportunità jagħmlu attivitajiet ta’ kitba differenti.

Matul din iż-żjara f’Ruma, it-tfal tkellmu, qraw u kitbu dwar il-belt kapitali tal-Italja. Fost oħrajn huma użaw għadd ta’ strateġiji biex fasslu u kitbu abbozzi ta’ kitbiet differenti, kartolina. Huma kellhom ix-xorti mhux biss jiddawru mal-belt tal-Vatikan u l-Bażilika ta’ San Pietru imma wkoll jiltaqgħu mal-Arċipriet tal-Bażilika, il-Kardinal Angelo Comastri. Barra minn hekk il-tfal żaru wkoll il-ġonna tal-Vatikan, il-Fontana di Trevi, il-Piazza di Spagna u l-knisja ta’ Trinità dei Monti.

L-attività tal-Brillantini tal-Kitba tnebbħet mix-Xalati ta’ Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza b’xejn darba fix-xahar, f’lokalitajiet differenti ta’ Malta u Għawdex. Matul dawn l-attivitajiet, il-ġenituri u wliedhom iħaddmu flimkien il-proċess tal-kitba u jingħataw opportunità jqattgħu ħin ta’ kwalità ma’ xulxin f’atmosfera rilassanti u edukattiva.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa…

Aktar