Barranin
ARA: In-nies fit-toroq wara terremot fiċ-Ċili li ħalla tnejn mejta

Terremot li kejjel 6.7 laqat il-kosta fin-naħa ta’ fuq taċ-Ċili s-Sibt filgħaxija u heżżeż bini anki fil-kapitali Santiago, li tinsab ħafna aktar ‘l isfel.

Sezzjonijiet tal-midja qed jgħidu li s’issa mietu żewġ parsuni; raġel ta’ 60 sena u ieħor ta’ 72 sena.

Filmat juri familja tipprova tevakwa d-dar waqt it-terremot li seħħ ftit wara l-għaxra u nofs ta’ filgħaxija ħin taċ-Ċili.

Iċ-ċentru ta’ twissija ta’ tsunami għall-Paċifiku warrab il-possibilità li jsir tsunami kaġun ta’ dan it-terremot, iżda iktar kmieni l-postijiet viċin il-kosta bdew jiġu evakwati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sehem ta’ George Ezra, Little Mix, “The 1975”, u l-artist Hugh Jackman, li interpreta kanzunetta mill-film “The Greatest Showman”, kienu wħud mill-attrazzjonijiet fis-serata tal-BRIT Awards f’O2 Arena f’Londra. L-istennija iżda…

Barranin

Uħud mill-immigranti li kienu abbord id-dgħajsa Diciotti qed ifittxu għad-danni lill-Gvern Taljan talli baqgħu bejn sema u ilma għal diversi jiem jistennew l-eżitu tal-kwistjoni li nqalgħet fis-Sajf li għadda. 41…

Barranin

Qed ikun meqjus l-ewwel każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika, dak tal-Prim Ministru tas-Serbja Ana Brnabic, li s-sieħba tagħha għadha kemm welldet tifel. Brnabic, li għandha 43 sena, hija mhux biss…

Barranin

Terapija ġdida fl-Ingilterra qed tagħti tama lil dawk li qed jitilfu l-vista. L-isptar Oxford Eye, f’Ingliterra qiegħed jamministra terapija marbuta mal-ġenetika tal-persuna biex jgħin lill-pazjenti li jbatu biex jaraw ma…

Aktar