Lokali
Ara: “Ingħaqdu magħna fuq TVM biex titlesta t-tieni Dar Bjorn”

Bjorn qed jitlob l-għajnuna tal-poplu Malti u Għawdxi biex ma jkunx f’pożizzjoni li jgħid le lil min jiġi bżonn l-għajnuna ta’ Dar Bjorn.

Bħalissa għaddejja maratona ta’ ġbir ta’ fondi bil-għan li jiġi konkluż il-proġett tat-tieni dar f’Ħaż-Żebbuġ għal dawk li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS u mard newroloġiku ieħor. Din hija l-aħħar spinta biex id-dar titlesta u tiftaħ il-bibien tagħha mill-aktar fis possibbli.

F’kummenti lil Television Malta, waqt din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi, Bjorn stqarr li l-proġett miexi ġmielu. Huwa appella lill-pubbliku biex jagħti sehmu, bil-għan li titlesta t-tieni Dar Bjorn. Ħeġġeġ lit-telespettaturi biex isegwu din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi fuq TVM mid-9pm sa nofsillejl biex jinġabru l-fondi li fadal biex dan il-proġett isir realtà.