Teknoloġija
ARA: Inġinier Malti jiżviluppa apparat biex jgħin lil bintu

Esperjenza personali wasslet lill-inġinier u riċerkatur biex jiżviluppa apparat li jgħin lit-tfal li jkollhom problemi biex jesprimi ruħhom u jew fil-lingwa. Flimkien ma’ riċerkaturi oħrajn fl-università ta’ Malta ħareġ bl-idea ta’ Olly Speaks li l-għan tiegħu hu li jintuża fis-sessjonijiet ta’ terapija mil-Ispeech Language Pathologists.

Olly Speaks, apparat fil-forma ta’ pingwin iddisinjat minn riċerkaturi Maltin biex jgħin lil tfal ta’ bejn it-tlieta u sitt snin li għandhom diffikultà biex jitħattu u fl-użu tal-lingwa. L-inġinier, Dr Philip Farrugia spjega kif l-apparat Olly Speaks nibet minn esperjenza personali.

“Ħames snin ilu, it-tifla tiegħi ġiet diagnosed b’expressive language delay u bħala inġinier u riċerkatur xtaqt niżviluppa xi ħaġa innovattiva biex tgħinha, allura għaqqadt tim ta’ riċerkaturi mill-Università flimkien ma’ post graduate students u għandna kumpanija wkoll tal-logħob diġitali li flimkien bdejna niżviluppaw dan il-prodott.”

Dr Farrugia spjega li Olly Speaks jintuża fit-terapija tal-lingwa għat-tfal. Qal li mir-riċerka li saret irriżulta li t-tfal ikunu aktar iffukati fl-eżerċizzji li jingħataw meta l-Ispeech Language Pathologists jużaw dan l-apparat fit-terapija tagħhom. Spjega li l-eżerċizzji u l-logħob f’Olly Speaks huma bil-Malti u bl-Ingliż u jinkludu kliem li t-tfal jużaw fil-ħajja ta’ kuljum bħal fost oħrajn tipi ta’ ikel u annimali.

Permezz ta’ dan l-apparat it-tfal jistgħu jagħmlu t-terapija saħansitra mid-dar.

“Barra d-device li qed taraw warajja ħloqna pjattaforma diġitali li permezz tagħha l-ispeech language pathologists ikunu jistgħu jsegwu l-progress li jkunu qed jagħmlu bejn sessjoni u oħra kemm fil-klinika kif ukoll meta t-tfal jieħdu d-device d-dar biex jużawh mal-ġenituri.”

L-Inġinier Emanuel Balzan spjega li Olly Speaks huwa magħmul minn materjali differenti u huwa interrattiv. Il-pingwin iġorr basket fuq daru u għajnejh huma screen.

“Permezz tagħhom nuru l-emozzjonijiet ta’ Olly Speaks lit-tfal. Għandu żewġ microphones, speakers, screen kbir fejn l-attività prinċipali ssir għandu wkoll backpack, li hu l-iktar parti importanti ta’ Olly Speaks għax permezz tiegħu t-tfal jibqgħu mħeġġa biex ilestu l-attività li ttihom l-ispeech language pathologist”

Olly Speaks għadu fi stadju ta’ riċerka. Dr Farrugia qal li permezz ta’ aktar fondi, ir-riċerkaturi jixtiequ li l-apparat ikun għas-suq internazzjonali wkoll.

Il-proġett Speechie huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija – MCST.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa…

Aktar