Ambjent
ARA: Int taf x’inhuma t-tliet tipi ta’ ħamrija li nsibu fil-gżejjer Maltin?

Żewġ studenti tal-Junior College, Marie Therese Pavia u Aidan Gauci ħadmu fuq produzzjoni awdjo-viżiva bħala parti mill-kampanja Young Reporters for the Environment (YRE) bil-għan li jqajmu għarfien dwar il-ħamrija fil-gżejjer Maltin.

Il-ħamrija li hi riżors naturali, tieħu ħafna snin biex tifforma u sfortunatament tinsab mhedda. Il-proċess tal-formazzjoni tal-ħamrija ilu li beda minn kemm ilu jeżisti l-blat.

L-istudenti jispjegaw x’inhuma t-tliet tipi ta’ ħamrija li nsibu fil-gżejjer Maltin: Ħamri fit-Tramuntana u l-Lbiċ tal-gżejjer Maltin, bajjad qrib l-irdumijiet u fil-Grigal ta’ Għawdex u Xerorendzina fiċ-ċentru ta’ Malta u qrib il-kosta fil-Punent ta’ Għawdex.

Minħabba l-intervent tal-bniedem dawn it-tliet tipi ta’ ħamrija qed jitħalltu u riżultat t’hekk jintilfu l-karateristiċi tagħhom minbarra t-telf tal-ħamrija li ħafna drabi titkaxkar mal-ilma jew bir-riħ fost raġunijiet oħra.

Fil-produzzjoni tagħhom l-istudenti jgħidu x’sabu minn stħarriġ li għamlu dwar l-għarfien fost il-pubbliku dwar il-ħamrija u jwasslu tagħrif dwar x’jista’ jsir biex il-ħamrija, li saff ta’ 30 ċentimetru jdumu bejn 1,000 u 10,000 sena biex jifforma, ma tintilfx.

Ara l-filmat hawn:

Aħbarijiet Oħra
Radju

L-Awtorità tax-Xandir fi stqarrija avżat li se jkun hemm qtugħ fit-trasmissjoni tar-radju, is-Sibt 25 ta’ Lujlu, l-ewwel u t-tieni t’Awwissu. Dan, qalet l-Awtorità se jsir minħabba xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni…

Internet

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li huwa qatt aktar mhu se jafda Membri Parlamenti li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fih. Huwa qal li…

Lokali

Instab il-ftehim fil-prinċipju li kien ġie ffirmat mill-Gvern mal-Vitals Global Healthcare. Kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li l-memorandum of understanding għadda għand l-Awditur Ġenerali. Dan il-ftehim kien sar qabel ma…

Aktar