Ambjent
ARA: Invażjoni ta’ ‘qassatat’ f’Wied il-Għasri

Invażjoni ta’ bram laħqet il-kosta tat-Tramuntana tal-kosta t’Għawdex. Dan esperjenzah il-Professur Alan Deidun li waqt li kien qed jogħdos f’Wied il-Għasri seta’ jgħodd mal-mitejn qassata (fried egg jelly fish), tip ta’ brama, magħrufa wkoll bħala tal-lampuki.

Il-Professur Deidun qal li dan it-tip ta’ bram dejjem jidher f’dan iż-żmien tas-sena, meta t-temperatura togħla iżjed minn 25 grad.  “Dan huwa s-sabiħ tan-natura. Għandek speċi differenti li tidher fi żmien partikolari tas-sena. Il-qassatat dejjem jidhru wara Santa Marija.” Il-kelliem qal li din l-ispeċi tinstab l-aktar fil-Mediterran tal-Punent; fin-naħat ta’ Spanja, l-Italja u t-Tuneżija.

Waqt li nnota mill-qrib is-sbuħija ta’ dan il-bram – tħabbat bħal qisha qalb, il-Prof. Deidun qal li dan mhux ta’ periklu għax ma jniggiżx.

Il-Professur Deidun appella biex min jinnota bram fl-ibħra lokali jibgħat ir-rapporti tiegħu lill-kampanja Spot The Jelly Fish.

Isma’ hawn il-kumment sħiħ tal-Professur Alan Deidun:

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar