Kurżitajiet
ARA: Ipproponielha u waqalha ċ-ċurkett fi sprall tad-drenaġġ f’Times Square

John Drennan kien ilu jumejn jistenna l-mument opportun biex jipproponi lil Daniella Anthony u jdur biċ-ċurkett fil-but.

Minkejja li ċ-ċurkett kien kbir wisq għal Danielle, John xorta nsista li għandha tilbsu u huma u sejrin lejn ristorant viċin Times Square, f’New York, iċ-ċurkett żelqilha minn subgħajha u waqa’ ġo sprall tad-drenaġġ.

Il-koppja minnufih għamlu rapport mal-pulizija li raw kif għamlu biex jgħinuhom iżda ħidmiethom ma wasslitx għas-sejba taċ-ċurkett.

Daniella qalet li kienet qalbha maqtugħa u b’xejn ma setgħet tikkonsla tant li telqu bil-ġenn mingħajr ma ħallew id-dettalji tagħhom mal-pulizija.

Iżda l-ħidma tal-NYPD ma waqfitx hemm u baqgħu għaddejjin sakemm sabuh. Fuq Twitter, in-NYPD ħabbru li kienu sabu ċ-ċurkett iżda ma kellhomx id-dettalji tal-koppja biex jinfurmawha. Il-pulizija għalhekk talbet lill-pubbliku jxerred il-filmat tal-koppja qed tfittex iċ-ċurkett bit-tama li jinstabu.

B’xorti tajba, ħabib tal-koppja li ra l-filmat għarafhom u ċemplilhom minnufih biex jinfurmhom bl-aħbar.

Il-koppja qalu li qatt ma bassru li ċ-ċurkett kien se jinstab tant li kienu qatgħu qalbhom. Huma rringrazzjaw lill-NYPD tad-dedikazzjoni u l-għajnuna li offrewlhom.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Shamima Begum –  it-tfajla Ingliża li telqet minn pajjiżha biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku spiċċat welldet fis-Sirja minkejja t-talbiet tagħha. Shamima kienet qalet li xejn ma kienet skurmentata bil-vjolenza li rat…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sejjaħ lill-pajjiżi Ewropej, fosthom r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja biex jgħaddu ġuri lill madwar 800 militant tal-grupp li jsejjaħ lilu innifsu Stat Iżlamiku li nqabdu…

Barranin

Il-President tal-Parliament Ewropew, Antonio Tajani qed jaffaċċja kiritka qawwija wara li sejjaħ partijiet mill-Kroazja u l-Islovenja bħala reġjuni Taljani. Id-dikjarazzjoni ta’ Tajani xejn ma niżlet tajjeb mal-ex prim ministri u…

Barranin

Ajruplani militari waslu f’Venezwela bl-għajnuna umanitarja, mal-burdura ta’ Cucuta. L-għajnuna waslet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaidó għamel talba għall-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-President Nicolás Maduro qed jallega li l-għajnuna umanitarja hija…

Aktar