Barranin
ARA: Iqabbad il-post tax-xogħol li tkeċċa minnu f’Milan

Kameras tas-sigurtà qabdu raġel ftit minuti qabel u eżatt wara li allegatament ta n-nar lill-maħżen li kien jaħdem fih f’Milan, fl-Italja.

Il-filmati, elevati mill-Carabinieri ta’ Rozzano, juru lir-raġel miexi fit-triq filwaqt li warajh tielgħa daħna kbira. Il-każ seħħ fl-4 t’April. B’kollox inqerdu 14-il trakk tal-ġbir taż-żibel u tagħmir li jaħsel it-triq.

Minkejja li kellu wiċċu mgħotti, il-carabinieri rnexxielhom jidentifikaw lis-suspettat; raġel ta’ 43 sena li kien tkeċċa mill-kumpanija xi xhur qabel u kien hedded lis-sid, billi fil-pussess tiegħu sabu ħwejjeġ eżatt bħal dawk li deher liebes fuq il-filmati.