Kurżitajiet
ARA: Iqajmu furur wara li telgħu sal-quċċata u neżgħu l-ħwejjeġ

Moda ġdida fuq il-midja soċjali ġabet lil koppja Daniża fl-inkwiet hekk kif neżgħu l-ħwejjeġ malli telgħu sal-quċċata tal-piramida Khufu f’Giza.

Andreas Hvid, fotografu Daniż li jiddelitta fl-arti tal-fotografija tal-ispazji urbani u n-nudiżmu fettillu jieħu filmat li juri lilu u lit-tfajla tiegħu tielgħin il-piramida ta’ Khufu, fl-Eġittu u jinżgħu l-ħwejjeġ.

View this post on Instagram

Video link in BIO.

A post shared by Andreas Hvid (@andreas.hvid) on

Il-filmat qajjem furur fost l-Eġizzjani bil-Ministru tal-Antikitajiet, Khaled al-Anani jiddeskrivi l-att bħala nuqqas ta’ rispett lejn il-kultura Eġizzjana filwaqt li qies l-atteġġjament tal-koppja bħala offiża tal-morali pubblika.

al-Anani qal li l-filmat se jiġi investigat mill-Avukat Ġenerali bid-Direttur Ġenerali ta’ Giza, Ashraf Mohi, jiftaħ inkjesta biex jiġi investigat kif il-koppja rnexxielha tidħol f’żona li hija taħt sigurtà qawwija.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Edukazzjoni

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’…

Eurovision

Illum Eliana ser tkun qed titla’ fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest għall-ewwel darba. Ilbieraħ wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ sirna nafu li Malta ser tkun qed tkanta fit-8 post, eżatt fin-nofs…

Aktar