Trasport
ARA: Iqandlu karozza biex tgħaddi tal-linja f’San Pawl il-Baħar

Grupp ta’ rġiel dalgħodu spiċċaw iqandlu karozza biex tkun tista’ tgħaddi xarabank f’San Pawl il-Baħar.

Xhieda fuq il-post qalu lil TVM li l-karozza tal-linja mhux soltu tgħaddi minn din ir-rotta, iżda minħabba xogħlijiet ta’ kostruzzjoni qed tgħaddi minn toroq oħra fi triqtha lejn Tas-Sliema.

Għalkemm il-karozza ma kinitx ipparkjata fuq linji sofor, ix-xhieda qalulna li kien hemm tabella li tavża lis-sewwieqa biex ma jipparkjawx hemm.

Żewġ karozzi tal-linja, kif ukoll numru ta’ karozzi oħra, għamlu kważi tliet kwarti mwaħħlin f’din it-triq; mid-9.30am sal-10.10am.

Fuq il-post waslu l-Pulizija u l-gwardjani lokali, iżda ma rnexxilhomx jagħmlu kuntatt ma’ sid il-karozza, li sadanittant jidher li laqħet ġarrbet xi ħsarat, fosthom mera maqlugħa u selħa mal-ġenb.

Dawk preżenti ddeċidew li jsolvu l-problema billi jqandlu l-karozza u jmexxuha lura, biex b’hekk il-karozzi tal-linja setgħu jkomplu fi triqthom.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Grupp ta’ għaddasa li niżlu jgħoddsu f’Wied il-Għasri u Reqqa Point f’Għawdex ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ skart mhux tas-soltu mormi fil-baħar. L-għaddasa sabu għadd ta’ ġlud tal-fniek mormijin fil-baħar. Bil-kurrent,…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li se jaħkem il-gżejjer Maltin. Ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral ser ikun qawwi għal qawwi ħafna kultant fuq il-Gżejjer Maltin. Din…

Politika Lokali

Fi stqarrija, il-Gvern ta’ Malta qal li nnota d-dikjarazzjoni tal-familja Caruana Galizia wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant fuq allegazzjonijiet li oriġinalment għamlet Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern qal li huwa…

Aktar