Televiżjoni u Radju
Ara: Iqanqlu l-ottimiżmu b’kanzunetta ddedikata lil min qed jaħdem lejl u nhar għall-poplu

F’dawn il-jiem, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom, bosta persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, u mhux biss, qed jagħtu qalbhom, b’ħidma sfieqa lejl u nhar li spiss iżżommhom ‘il bogħod mill-għeżież tagħhom, bil-għan li jipproteġuna lkoll.

F’dan l-isfond, għadd ta’ atturi Maltin, żgħar u kbar, li jieħdu sehem f’diversi produzzjonijiet ta’ ‘Rewind Productions’, fosthom f’ ‘Sorelle’ u f’ ‘F’Ġieħ l-Imħabba’, u li bħalissa jinsabu weqfin mill-ġbid, ingħaqdu flimkien permezz tal-mużika, b’kanzunetta li nstemgħet għall-ewwel darba fis-sensiela ‘D.R.E.A.M.S’.

Liema kanzunetta, qed tiġi ddedikata lil dawk kollha li qed jagħtu servizz lill-poplu Malti u Għawdxi f’dan il-mument.

Il-filmat, huwa xempju ta’ pożittività u ottimiżmu, u bla ma trid imisslek qalbek, filwaqt li jfakkarna lkoll li jekk inkomplu niġbdu ħabel wieħed, dan iż-żmien straordinarju ma ndumux wisq ma noħorġu minnu.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

COVID-19

Baqgħu 7 l-każi attivi ta’ coronavirus f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa minn 742 swab test, ma nstab l-ebda każ ġdid. Fl-aħħar 24 siegħa, ma ġie dikjarat lanqas ħadd aktar…

Aktar