Stejjer Umani
Ara: “Ir-raġel tiegħi trux, għami u mutu imma b’imħabba kbira”

Għandu tmenin sena, u nieqes mit-tlett sensi tas-smigħ, tal-vista u tal-kliem. Il-martu żżewġitu ‘l fuq minn ħamsin sena ilu, minkejja li kien diġà kien trux u mutu, u flimkien għandhom sitt itfal, u 32 neputi. Minkejja l-isfidi tad-diżabilità, l-imħabba u d-dedikazzjoni bejn din il-koppja hija bla tarf.

Fid-dar tal-koppja Agnes u Eddie jirrenja s-skiet għax Eddie li huwa trux, mutu u għami, jagħmel biss ftit ħsejjes u mossi bl-idejn biex jikkomunika ma’ martu u qraba oħra. Agnes qaltilna li lil Eddie żżewġitu kontra l-parir tal-familjari tagħha imma tgħid li ħabbitu kif kien.

Agnes Bristow qalet “ħadt grazzja miegħu u bqajt sa ma żżewiġtu. Alla tana risposta kbira, għax mhux talli wliedi orrajt, talli waħda isbaħ mill-oħra.”

Agnes u Eddie għandhom sitt itfal, u 32 neputijiet u bużnanniet ta’ sitt itfal. Tgħid li Eddie dejjem ħadem u ġab il-flus għall-familja minkejja l-kundizzjonijiet tiegħu. Tliet snin ilu, Eddie tilef għalkollox id-dawl iżda xorta b’sensi oħrajn jagħraf lit-tfal u n-neputijiet u jifraħ ħafna meta jgħannquh.

Eddie ma jaqtax qalbu u jaħdem ħafna xogħol bl-idejn, fosthom slaleb bid-dwal, stilel u kull ma jiġi għal idejh. Agnes tistqarr li bejnha u żewġha hemm imħabba sinċiera u mingħajru ma tgħix.

Agnes Bristow qalet “ġieli nkun ma niflaħx u jgħidli oqgħod fis-sodda, jipprova jagħmel l-ikel jew itellgħali biċċa ħobż, għandu qalbu tad-deheb”.

B’tgħanniqa u bewsa li jiswew aktar mill-kliem, il-koppja Agnes u Eddie jagħtu eżempju ta’ x’inhi l-imħabba bla kundizzjoni li timla’ l-qalb u tagħti paċi kbira.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar