Lokali
ARA: Ir-reazzjoni ta’ Adrian Delia dwar ir-rapport tal-PE u l-każ ta’ Stephen Spiteri

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-rapport qed jiġi studjat fid-dettall, iżda sostna li l-konklużjonijiet li saru huma affarijiet li l-Oppożizzjoni ilha tgħid dwarhom għal żmien twil.  Dr Delia qal li qed jinkwieta għall-ħsara li qed issir lir-reputazzjoni ta’ Malta u appella lill-Gvern biex ma jibqax jippersisti li jħalli lil ċerti nies involuti f’karigi pubbliċi.  Huwa stieden lill-PM għalfejn mhux qed jieħu l-passi minnufih biex jipproteġi r-reputazzjoni tal-pajjiż.

Dr Delia kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-każ ta’ Stephen Spiteri li qed ikun allegat li biegħ ċertifikati tal-mard lill-pazjenti li ma eżaminax u qal li mhux infurmat li Dr Spiteri qed jiġi investigatmill-Kunsill Mediku .  Sostna li jekk tasallu din l-informazzjoni kien se jibgħat għal Dr Spiteri biex jagħtih l-ispjegazzjonijiet.  Iċċara iżda li sal-lum ma jirriżultalux li Dr Spiteri qed jiġi nvestigat mill-Kunsill Mediku.

Ara wkoll:

Il-PM jirrispetta l-analiżi tad-delegazzjoni tal-PE iżda ma jaqbilx mar-rapport

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi sal-lejla. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Lokali

F’konferenza stampa l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar li fit-tmintax ta’ Diċembru se jiġi separat l-irwol tal-Avukat Ġenerali hekk kif Dr. Victoria Buttigieg se tibda r-rwol ġdid tagħha bħala l-ewwel avukat…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena miż-Żurrieq ġie ordnat iħallas kumpens t’iktar minn €114,000 wara li nstab responsabbli għall-mewt ta’ tifla ta’ 10 snin f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ f’Lulju tal-2010 fi Triq…

Lokali

L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…

Aktar