Sport
ARA: Ir-reazzjoni tal-partitarji fi Spinola mal-gowl tal-Ingliżi

Bosta huma dawk li llejla jinsabu msammrin mat-televiżjoni biex jaraw min se jkun it-tieni tim finalist tat-Tazza tad-Dinja.

Bil-ħafna partitarji Maltin tat-tim nazzjonali Ingliż kif ukoll ta’ Ingliżi u barranin li jżommu mal-Ingliżi l-interess huwa ikbar f’Malta.  Dan wassal biex illejla bosta marru jaraw il-logħba tas-semi-finali bejn il-Kroazja u l-Ingilterra f’bars, pubs u saħansitra anke spazji miftuħa bħax-xatt ta’ Spinola f’San Ġiljan fejn hemm big screen li qed ixandar il-partita.

F’inqas minn 5 minuti logħob l-Ingliżi marru fil-vantaġġ, b’gowl skurjat minn freekick ta’ Kieran Trippier.  Segwi hawn x’kienet ir-reazzjoni tal-partitarji ta’ Three Lions malli marru fil-vantaġġ kontra l-Kroazja.

Aħbarijiet Oħra

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi ħafna għal għada l-Ħadd 24 ta’ Frar. Jidher li r-riħ se jilħaq il-qawwa ta’ riefnu (forza 8-9) mal-jum ta’ għada. It-temp mistenni jkun imsaħħab…

Kronaka

Persuna ġarrbet xi ġrieħi wara li kienet involuta f’inċident fuq il-baħar fl-inħawi ta’ Fra Ben, fil-Qawra. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar. TVM infurmat li fil-ħin tal-inċident il-persuna kienet fil-baħar…

Politika

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Kristy Debono, qalet li l-Partit Nazzjonalista kien u se jibqa’ t-tarka tal-poplu u tal-pajjiż kollu waqt li se jsaħħaħ il-ħidma favur il-pajjiż. Fi tmiem it-tielet…

Aktar