Eurovision
Ara: Ir-rebbieħ ta’ Sanremo jsellem lill-Maltin, jirnexxilu jgħaqqad għexieren ta’ eluf ta’ Taljani fi kwarantina

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut pajjiżna f’Sanremo l-Italja fi Frar li għadda t-tbissima ġenwina u l-vuċi li tpaxxi ‘l-widna tal-kantant Diodato saħħret ‘il-pubbliku Taljan u mhux biss. Tant, li bil-kanzunetta ‘Fai Rumore’ rnexxielu jirbaħ il-festival ta’ Sanremo ta’ din is-sena.

Liema kanzunetta, fi ftit kliem tħeġġeġ lil dak li jkun ma jibżax joħroġ minn qoxortu u ma joqgħodx lura milli jsemma’ leħnu fejn meħtieġ. Diodato jfakkar li l-bniedem, fl-aħħar mill-aħħar, magħmul biex jitħaddet.

Bħalma f’dawn il-jiem Destiny ma kellhiex sabar biex tirrappreżenta l-gżejjer Maltin fil-Eurovision Song Contest, Diodato daqstant ieħor kellu seba’ mitt sena biex din il-ġimgħa jpaxxi miljuni ta’ dilettanti tal-mużika madwar id-dinja bil-vuċi tiegħu. Iżda, b’xorti ħażina, ir-realtà hija xort’oħra.

Minkejja li l-Eurovision ta’ din is-sena mhux se jsir, il-lirika tal-kanzunetta ta’ Diodato ma waqgħetx fuq widnejn torox hekk kif f’dawn l-aħħar jiem ‘Fai Rumore’ spiċċat kantata minn għexieren ta’ eluf ta’ Taljani mid-djar rispettivi tagħhom. Bħalma jixhdu għadd ta’ filmati fuq il-midja soċjali, bosta Taljani ttawlu mit-twieqi tagħhom, ħarġu fil-gallarijiet u ħonqu l-bjut ta’ darhom biex ilkoll ikantaw għadd ta’ kanzunetti minn qalbhom, b’mod speċjali dik li Diodato rebaħ Sanremo biha bħalma jidher f’filmat li l-kantant stess tella’ fuq Instagram.

https://www.instagram.com/p/B9ucxBaI-pK/?utm_source=ig_web_copy_link

F’dan l-isfond, fkummenti lil tvm.com.mt, mistoqsi x’kienet ir-reazzjoni tiegħu hekk kif waslulu l-ewwel filmati mingħand in-nies, Diodato qal li qatt m’emozzjona ruħu daqshekk tul il-karriera mużikali tiegħu, lanqas dakinhar li rebaħ Sanremo.

Diodato spjega li anki jekk il-Eurovision din is-sena se jkollu jinqabeż, il-fatt li bosta għażlu li juru solidarjetà ma’ xulxin permezz tal-kanzunetta tiegħu għalih qisu rebaħ il-lotterija. Fissru, bħala ġest spontanju li m’hawnx prezzu.

Mistoqsi jekk qattx żar il-gżejjer Maltin, Diodato qal li qatt ma kellu x-xorti jiġi fostna. Madanakollu, filwaqt li sellem lill-Maltin, qal li ġaladarba l-ajruporti jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom, Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi li bi ħsiebu jżur bi ħġaru.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

COVID-19

Il-Bank of Valletta qed javża li għada s-Sibt 30 ta’ Mejju, ħames Fergħat f’Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm. Il-lokalitajiet minn fejn tista’ tinqeda għada…

Aktar