Barranin
ARA: Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – Ingliżi jiċċelebraw

L-arloġġ daqq Brexit, u formalment ir-Renju Unit issa huwa barra mill-Unjoni Ewropea wara 47 sena ta’ sħubija.

Il-mument storiku intlaħaq fil-ħdax tal-bieraħ bil-lejl, bil-Prim Ministru Boris Johnson f’messaġġ fuq il-mezzi tal-midja soċjali siegħa qabel il-ħruġ uffiċjali tar-Renju Unit mill-blokk Ewropew, wiegħed li se jġib lill-pajjiż flimkien biex jimxi ’l quddiem.

Huwa qal li l-mument ta’ Brexit kien wieħed ta’ tama li ħafna ħasbu mhux se jseħħ. Huwa qal li hemm min ukoll ħass id-dwejjaq tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u hemm it-tielet grupp – fi kliem Johnson l-ikbar wieħed, li riedu li Brexit isir u ħasbu li dan il-mument mhux se jasal.

Johnson qal li huwa jagħraf dak li qed iħoss il-poplu tar-Renju Unit u wiegħed li d-dover tiegħu u tal-gvern huwa li jagħmlu xogħlhom biex il-pajjiż jikseb is-suċċessi li jixraqlu.

Minn fuq s’isfel tar-Renju Unit, xeni kuntrastanti b’nies miġbura bix-xemgħat mixgħula fl-Iskozja, fejn il-maġġoranza ivvutat biex ir-Renju Unit jibqa’ parti mill-Unjoni Ewropea, sal-ewforija quddiem il-bini tal-Parlament Ingliż fil-qalba ta’ Londra, fejn komplew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dawk li kienu favur Brexit.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar