Lokali
ARA: Ir-riħ ma żammx lin-nies ġewwa fl-ewwel jum tas-sajf u f’jum il-missier

It-tmiem tar-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf seħħ f’jumejn ikkaratterizzati mir-riħ, iżda b’temperaturi li bil-mod il-mod bdew telgħin; l-ogħla laħqet it-28 grad celsius.

Għalkemm il-pjani ta’ wħud li jqattgħu l-ewwel jum tas-sajf fil-bajjiet u x-xtajta sfrattaw, kien hemm min ma qatax qalbu u xorta mar il-baħar.

Illum l-ewwel jum uffiċjali tal-istaġun tas-Sajf u ħabat ukoll Jum il-Missier. Kienu diversi dawk li ħarġu f’xi ristorant qrib il-bajjiet, jew marru jgħumu.

Kien hemm kunsens fost nies li tkellimna magħhom li lesti li jerġgħu jibdew igawdu l-ħajja soċjali waqt li jibqgħu isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ara x’kellhom xi jgħidu n-nies:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar