Kurżitajiet
Ara: Iroddu ħajr lil min qed jaħdem lejl u nhar bl-Innu Malti

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull ma jmur aktar qed jinxtered.

Liema kontenut, spiss qed jittella’ wkoll bħala ġest ta’ ringrazzjament lejn dawk il-persuni kollha li bħalissa, aktar minn qatt qabel, qed jaħdmu lejl u nhar biex jagħtu l-aqwa servizz lill-poplu.

Fost l-għadd ta’ filmati li ttellgħu onlajn, dak tal-Banda Beland ta’ Żejtun, li tatha għall-mużika bl-għadd ta’ bandisti u għalliema tagħha, li lkoll ingħaqdu virtwalment permezz tal-mużika, billi daqqew l-Innu Malti biex iroddu ħajr lil dawk kollha li qed jaħdmu bla heda f’dan il-mument straordinarju.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

COVID-19

Hekk kif min-nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju se jiġu rilaxxati l-maġġoranza tal-miżuri restrittivi b’rabta mal-Covid-19, il-Gvern ħabbar il-kundizzjonijiet u linji gwida ta’ mitigazzjoni għall-bqija tal-ħwienet u negozji fosthom dawk tat-tpinġija u…

COVID-19

Min-nhar il-Ġimgħa jissoktaw iż-żjarat lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hekk kif jintemmu l-maġġoranza tar-restrizzjonijiet marbuta ma’ COVID-19. Fi stqarrija ngħad li bil-għan li fil-faċilità jibqgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, f’dawn iż-żjarat mhux…

Mużika

F’dawn l-aħħar ġimgħat il-kantant tal-grupp Winter Moods, Ivan Grech, hu u jqelleb fuq il-midja soċjali ġie wiċċ imb wiċċ ma’ verżjoni rock il-ġmiel tagħha tal-kanzunetta ‘Happy’ tal-kantant Amerikan Pharrell Williams….

Aktar