Lokali
ARA: Is-siġġu tar-roti li nbidel f’robot biex jgħin persuni b’diżabilità

Persuna b’diżabilità, li tuża siġġu tar-roti, kienet għajn ta’ informazzjoni biex inġiniera Maltin jagħmlu l-ewwel siġġu tar-roti f’Malta li jaħdem bir-robotika.

F’kummenti lil Television Malta, ir-riċerkaturi Maltin qalu li dan ir-robot kapaċi jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni li jużaw siġġu tar-roti.

Fil-laboratorji tal-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta, inġiniera Maltin irnexxielhom iħaddmu siġġu tar-roti bir-robotika maħsub biex il-persuni b’diżabilità jgħixu ħajjithom b’inqas diffikultajiet. L-Inġinier Simon Fabri qal li wieħed mill-vantaġġi tar-robot huwa li l-persuna tikkontrolla s-siġġu tar-roti permezz ta’ remote control. Bħalissa, fis-suq issib biss siġġijiet tar-roti b’joystick mibnija ġo fihom.

“Pereżempju qiegħed bilqiegħda fuq is-sufan jew fuq is-sodda u l-wheelchair qiegħed xi mkien ‘il bogħod, jista’ manwalment juża dik il-joystick fuq ir-remote control biex isejjaħ il-wheelchair għal ħdejh.”

L-Inġinier Marvin Bugeja spjega li s-siġġu tar-roti kapaċi jevita l-ostakli waħdu.

“Il-wheelchair sejjer fid-direzzjoni li għedtlu jien. Se jkun hemm ostaklu, se jdur miegħu b’mod awtomatiku u jibqa’ sejjer fid-direzzjoni li kont tajtu qabel.”

Is-siġġu tar-roti kapaċi jifhem u jaqra pjanta ta’ dar permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali.

“Jekk bħalissa qiegħed fil-kamra tas-sodda u jixtieq imur fil-kamra tal-banju, fuq il-monitor b’idejh jipponta lejn il-kamra tal-banju u l-wheelchair peress li għandu l-mappa fil-kompjuter tiegħu, jiggwidah għal hemmhekk.”

L-inġiniera qed iħabirku biex ikomplu jirfinawh.

“Persuna li lanqas jista’ juża jew jikkmanda l-wheelchair b’idu, u għandna teknoloġiji oħrajn li naħdmu f’dan id-dipartiment, jiggwidah bil-ħarsa ta’ għajnejh. Jiġifieri inti tħares litteralment fuq mappa fuq l-iscreen, tħares lejn it-tali kamra biex niftehmu, trid tmur fil-kamra tal-banju, tħares lejn il-kamra tal-banju u l-wheelchair jinterpreta l-ħarsa tiegħek u jmur hemmhekk.”

L-idea ta’ dan ir-robot tnebbħet minn Ronald Balzan . . . persuna b’diżabilità fiżika li kuljum jiffaċċja diversi sfidi b’siġġu tar-roti normali.

“Inkun fuq sodda u jekk ma jkollix l-għajnuna ta’ xi ħaddieħor viċin is-sodda, jien ma nkunx nista’ niċċaqlaq.”

Fi kliemu, bis-siġġu tar-roti li zviluppaw l-inġiniera Malta kapaċi jkun iktar indipendenti.

“Litteralment nista’ ngħajjat il-wheelchair u jersaq viċin tiegħi. Prattikament qisek għandek robot.”

L-inġiniera qed jaħdmu biex iġibu iktar fondi ħalli jtejbu l-prodott bl-għan li jidħol fis-suq.

*L-ewwel żviluppi tas-siġġu tar-roti saru mill-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta mill-Inġiniera Marvin Bugeja, Simon Fabri u l-istudent tagħhom Matthew Aquilina. 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar