COVID-19
ARA: Is-sitwazzjoni f’Ħal Far hekk kif skada ż-żmien tal-kwarantina għall-immigranti residenti

Il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li min-nofs il-lejl, il-maġġoranza tal-immigranti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far mhux ser jibqgħu fi kwarantina wara li skada ż-żmien tal-kwarantina.

F’inqas minn erbgħa sigħat oħra jagħlaq il-perjodu ta’ kwarantina għal madwar elf immigrant fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far. Il-kwarantina bdiet fil-5 t’April wara li nstabu diversi residenti li kellhom l-Covid-19.

Bħalissa fuq ġewwa – l-uffiċjali tal- agenzija AWAS bl-għajnuna tat-tradutturi qed jispjegaw lir-residenti l-miżuri maħruġa mill-Awtortiajiet tas-Saħħa u li jridu jsegwu meta jerġgħu lura fil-komunità fosthom dwar l-użu tal-maskra fuq it-trasport pubbliku u ż-żamma tad-distanza soċjali.

Aktar kmieni llum, il-Professur Charmaine Gauci spjegat dwar is-sitwazzjoni f’dan iċ-ċentru miftuħ wara l-kwarantina.

”Il-maġġorparti tal-grupp li kien espost għall-aħħar każ li kien hemm fit-30 t’April, allura l-kwarantina tagħlaq llum f’nofs il-lejl u għalhekk dawn jistgħu joħorġu minn kwarantina ħlief erba’ każijiet għaliex kellna 4 każijiet li kienu fi grupp li dawn kellhom l-aħħar kuntatt mal-aħħar każ proprju fl-1 ta’ Mejju u allura dawn il-kwaraninta tagħhom issa tagħlaq il-Ġimgħa.”

Għal dawn l-aħħar ġimgħat, uffiċjali tar-Red Cross kienu qed jipprovdu s-servizzi mediċi tagħhom lil din il-komunità.

Il-Professur Gauci spjegat li b’kollox kien hawn 50 resident li rriżultaw fil-pożittiv għal Covid-19, bi tlieta minnhom għandhom jinżammu f’iżolament, band’oħra, għax għadhom qed jittestjaw fil-pożittiv

L-atmosfera hija waħda trankwilla u tirrifletti s-sitwazzjoni li kien hawn fl-aħħar kważi 40 jum meta r-residenti kkoperaw mal-awtoritajiet.

Madwar iċ-ċentru għad hemm suldati mill-First Regiment tal-Forzi Armati li mill-bidu tal-kwarantina kienu madwar il-parametru taċ-ċentru biex ikun assigurat li r-residenti jsegwu l-kwarantina.

 

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar