Barranin
ARA: Is-supermoon jiddi fuq bliet siekta

L-akbar ‘supermoon’ tal-2020 xegħel is-sema fuq bliet siekta fosthom Londra, Pariġi u New York City, minħabba l-lockdown biex tkun miġġielda l-firxa tal-pandemija tal-coronavirus, li diġà qatel għexieren ta’ eluf madwar id-dinja.

Il-qamar kwinta ta’ April huwa l-eqreb ‘supermoon’ tal-2002 u huwa magħruf ukoll bħala l-qamar roża wara l-fjuri roża li jibdew jiftħu minn dan ix-xahar.

Taħt id-dawl tal-qamar kwinta l-istat ta’ New York irreġistra l-ogħla rata ta’ mwiet f’ġurnata mill-Covid-19 – total ta’ 731, Franza rreġistrat 607 mewt fl-isptarijiet u 820 f’residenzi għall-anzjani, filwaqt li r-Renju Unit irreġistra 743 mewt.