Mużika
ARA: Isaħħru l-pubbliku bil-vuċijiet tagħhom

It-tenur Malti Joseph Calleja flimkien mal-kantanta żagħżugħa Emma Muscat u l-kantant Taljan Eros Ramazzotti taw prestazzjoni mill-isbaħ ilbieraħ filgħaxija fuq il-Fosos, il-Furjana.

Jattendu dan il-kunċert, li sar appuntament annwali, kien hemm madwar 15,000 persuna.

It-tenur Malti żvela li s-sena d-dieħla, mistieden ikanta flimkien miegħu waqt il-kunċert mistenni jkun hemm it-tenur Taljan ta’ fama dinija, Andrea Bocelli.

Waqt il-kunċert tal-bieraħ spikka t-talent ta’ Joseph Calleja li wera l-kapaċitajiet tiegħu bħala artist fejn interpreta mużika ta’ ġeneri differenti.

Eros Ramazzotti saħħar lill-pubbliku fejn kanta bosta mill-kanzunetti popolari mir-repertorju tiegħu waqt il-kunċert, fosthom I Belong to You, li miegħu kantat Emma.

Ir-rispett li hemm bejn Ramazzotti u Callejja iżda spikka matul il-kunċert hekk kif bejn battuta u oħra ż-żewġ kantanti, minkejja li ġejjin minn ġeneri mużikali differenti taw spettaklu u paxxew lill-udjenza bid-dwetti tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
NGOs

Il-membri tal-forzi tal-ordni u l-emerġenza għandhom xogħol iebes u perikoluż, iżda fi tmiem il-jum, bħal kulħadd, ikunu jixtiequ jmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ biex igawdu l-ħajja mal-familji tagħhom. Dan…

Temp

Qed ikun imbassar li se tagħmel maltempata bir-ragħad fuq il-gżejjer Maltin iktar tard illum, bl-iktar ħin probabbli li se tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex huwa bejn is-2pm u nofsillejl….

Ġurnali

In-Nazzjon Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Webber fi Brussel fejn Dr Delia attenda għas-summit tal-PPE. Fl-ewwel paġna wkoll insibu…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin, fi Brussell, se jkun qiegħed jiddiskuti flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri l-futur tal-Ewropa fid-dawl ta’ Brexit u l-fenomenu tal-immigrazzjoni u l-isfidi li jġib miegħu….

Aktar