Stejjer Umani
ARA: Isalvalha ħajjitha valv ta’ baqra f’qalbha

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra.

Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn sensiha u spiċċat l-isptar. Qalulha li se jkollha ssiefer għal operazzjoni f’qalbha.

”Sakemm morna l-emerġenza ndunaw li kelli problema tal-qalb u bdew ir-riċerki, skoprew li kelli l-pulmonary valve qed jilleakja ħafna ħafna demm u spiċċajt li kelli nitla’ l-Ingilterra biex inbiddlu” qalet Shirley Fenech.

Shirley kellha bzonn trapjant tal-valv.

”Għamluli l-valve ta’ baqra. Hawn Malta sirt nafha mill-kardjologista tiegħi qaltli ifhem…għedtilha hux ta’ baqra jew – għax kelli kurżità kbira x’kelli go fijja. Allura mbagħad qaltli għandek valve ġej minn baqra” kompliet tispjega Shirley.

Shirley tirrakkonta x’ħasset meta saret taf b’dan.

”Kien xokk kbir għalija u r-raġel u kien hemm il-mummy miegħi li ħriġna qisna tliet boloh mill-uffiċċju tagħha (tal-kardjoloġista)”qalet Shirley.

Din ma kinitx l-ewwel darba li Shirley ħabbtet wiċċha ma’ problemi f’qalbha.

”Din kienet it-tieni open heart surgery tiegħi. L-ewwel waħda kienet ta’ 4 snin. Li xorta kelli nitla’ l -Ingilterra biex jirrinġawli l-istess valve. Bidluli l-valve.”

Shirley qalet li għalkemm qatt ma ħasset xejn u baqgħet għaddejja b’ħajja normali, it-testijiet urew li kellha bżonn intervent urġenti.

”Kont fit, ngħix ħajja normali u mmur il-gym. Ma setgħux jifhmu li tant persentaġġ qed nitlef ta’ demm li la naqta nifsi, immur cardio, normal life, full-time job, id-dar… ma setgħux jifhmu li lanqas ngħejja” stqarret Shirley.

Fi Frar tas-sena l-oħra, Shirley għamlet l-operazzjoni fl-isptar Barts li rnexxiet, iżda taf li fi żmien 20 sena oħra se jkollha bżonn tagħmel operazzjoni oħra.

”Illum il-ġurnata nħossni tajba ħafna. Immur sitt darbiet gym fil-ġimgħa – siegħa u nofs.”

Bi tbissima fuq wiċċha, Shirley stqarret li l-valv tal-baqra salvalha ħajjitha u li kieku mhux għal dan l-intervent ma tistax tgawdi l-ħajja u lill-familtha.

Ara wkoll:

Kieku jkollok bżonn trapjant taċċetta organu ta’ ħanżir?

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar