Barranin
ARA: Isalvaw 160 ġeru li kienu se jintbagħtu bil-posta fiċ-Ċina

Attivisti tal-annimali fiċ-Ċina rnexxielhom jinterċettaw konsenja ta’ ġriewi u frieħ tal-qtates li kienu se jintbagħtu ġo kaxxi magħluqa bil-posta.

B’kollox instabu 160 ġriewi u frieħ, b’erba’ minnhom li laħqu mietu, waqt li ħafna mill-kumplament instabu morda.

L-annimali kienu se jintbagħtu f’kaxxi sorpriża, magħrufa bħala ‘blind boxes’, fejn il-konsumatur jixtri kaxxa u ma jkunx jaf x’se jsib fiha.

Dan is-suq, li qed isir dejjem iktar popolari fiċ-Ċina, ġieli ntuża wkoll biex jintbagħtu annimali żgħar bħal frieken, hamsters jew brimb.

Skont il-liġijiet taċ-Ċina, huwa illegali li jiġu mibgħuta annimali ħajjin bil-posta.