Kurżitajiet
ARA: Isalvaw denfil maqbud fil-ħbula ta’ ċima viċin Portomaso
It-tabib Frank Farrugia flimkien ma’ raġel ieħor irnexxielhom isalwav ħajjet denfil li kien maqbud fil-ħbula ta’ ċima madwar 20 kilometru ‘l bogħod minn Portomaso.
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-14:00, żewġt irġiel lemħu denfil maqbud ma’ ċima li kien qed imut.
L-irġiel, li ħasbuħ mejjet, baqgħu jiġbdu l-ħbula lejhom sakemm irnexxielhom jiġbdu d-denfil viċin lejhom biex ikunu jistgħu jħolluh mill-ħbula.
B’xorti tajba, l-irġiel waslu fil-ħin fuq il-post biex jeħilsu lid-denfil mill-mewt.