Trasport
ARA: Isibu trakk ġej ma’ wiċċhom fil-bypass tas-Salini

Sewwieqa li għall-ħabta tal-10.00 ta’ dalgħodu kienu għaddejjin mill-bypass tas-Salini, f’San Pawl il-Baħar, inħasdu meta sabu ma’ wiċċhom trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta.

Sewwieq li kien għaddej mill-karreġġjata tad-direzzjoni opposta ġibed filmat bid-dashcam t-trakk għaddej mill-karreġġjata żbaljata, bil-karozzi qed isuqu kontrih.

Dan is-sewwieq qal lil TVM li eżatt qabel ma dawwar id-dashcam lejn il-karreġġjata l-oħra, vann kien għadu kemm irnexxielu jevita r-readymix bi żbrixx.

Is-sewwieq li ġibed il-filmat jinstema’ jdoqq il-ħorn biex jiġbed l-attenzjoni tax-xufier tat-trakk li kien għaddej mill-karreġġjata l-ħażina.

L-istess sewwieq qal lil TVM li fit-tarf tat-triq għandu jkun hemm tabelli li jindikaw lis-sewwieqa biex ma jidħlux f’din il-karreġġjata, għax sewwieqa barranin jista’ jagħti l-każ li jitfixklu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Aktar