Barranin
ARA: Issalva l-kelb mill-għarqa u tispiċċa hi fil-periklu li taqa’ fix-xmara

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa.

Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li kien hemm mal-ġenb tax-xmara wara li l-kelb waqa’ fl-ilma.  Il-filmat spiċċa fis-siti soċjali wara li r-Royal National Lifeboat Institution ippubblikah biex iqajjem kuxjenza dwar il-perikli li jistgħu jgħaddu minnhom sidien ta’ klieb.

Il-folla li nġabret u rat is-salvataġġ tal-kelb labrador u ta’ sidu bdiet iċċapċap u tifraħ meta rat lit-tnejn li huma fid-dgħajsa qawwijin u sħaħ.  Jidher li l-inċident seħħ meta l-kelb beda jxomm xi ikel u spiċċa waqa’ fix-xmara.

Dan kien is-seba’ inċident li seħħ u li kien jeħtieġ l-intervent tal-ħaddiema ta’ salvataġġ din is-sena.  Fortunatament, f’dan il-każ kollox intemm b’wiċċ il-ġid.